Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Employment, Social Affairs and Inclusion
  • 15 Jannar 2024

Sett ta' għodda tal-komunikazzjonijiet

Issieħeb mal-kampanja tagħna! Tista’ tuża dawn il-materjali biex tippromwovi l-Istrateġija Ewropea għad-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità u d-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità. Għandna bżonn lil kulħadd biex tinxtered il-kelma.

Dawn huma drittijiet fundamentali u umani u lkoll nistgħu nagħmlu l-parti tagħna ħalli nassikuraw li persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jużaw id-drittijiet tagħhom.

Il-materjali jistgħu jintużaw bla ħlas u huma disponibbli fl-24 lingwa tal-UE u barra minn hekk, Faċli biex jinqraw. Kontenut ġdid ser ikun disponibbli regolarment hekk kif jinħarġu s-sitt temi u allura segwina fuq il-media soċjali f’@EU_Social fuq Twitter u Social Europe fuq Facebook jew irreġistra fil-bullettin tagħna għal aġġornamenti regolari.

Il-verżjoni Faċli biex tinqara ta’ dan it-test hi disponibbli hawn.

Fuljett

Il-fuljett tal-kampanja hu disponibbli f’format PDF u verżjoni HTML Tista’ tniżżel il-PDF u tistampah għall-organizzazzjoni tiegħek.

Videos

Il-videos tal-kampanja tagħna juru l-Kummissarju Dalli u l-Promoturi tagħna. Ixxerja fuq il-media soċjali tiegħek bil-hashtags #EUDisabilityRights u #UnionOfEquality u uri kif jekk naġixxu issa, inkunu nistgħu ntejbu l-aċċess għal persuni b’diżabilità.

Viżwali 1920x1080

                                             

Viżwali 1080x1080

                                             

Posts tal-media soċjali

Ejjew nixxerjaw il-kampanja fuq il-media soċjali!

Uża il-viżwali t’hawn taħt biex taqsam l-istorja tiegħek u tippromwovi l-istrateġija fuq il-media soċjali. Tinsiex tuża l-hashtags tal-kampanja #EUDisabilityRights u #UnionOfEquality u tteggja l-kontijiet tagħna fuq Twitter @EU_Social u Facebook Social Europe. Segwi l-Promoturi tagħna u rreaġixxi għall-istejjer tagħhom hekk kif jippromwovu l-istrateġija.

Il-viżwali kollha u l-kopja lkoll jistgħu jintużaw fuq Facebook, LinkedIn u Twitter.

Flimkien għad-Drittijiet

LinkedIn

#UnjoniTa’Ugwaljanza qiegħda fil-qalba tal-UE.
Is-sena l-oħra, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat l-Istrateġija għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità għal 2021-2030. Ibbażata fuq il-Konvenzjoni tan-NU għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, din għandha l-għan li tkisser il-barrieri u tassikura li persuni b’diżabilità jgawdu drittijiet u opportunitajiet indaqs fl-oqsma kollha tal-ħajja. Il-Karta tad-Diżabilità tal-UE, pereżempju, tagħmilha iktar faċli biex persuni b’diżabilità jaċċessaw servizzi meta jsiefru jew jiċċaqilqu għal pajjiż ieħor fl-Unjoni Ewropea, speċjalment fil-kultura, divertiment, sport u trasport. Ibbażata fuq proġett pilota li rnexxa, ser nipproponu karta għall-UE kollha.
Flimkien għad-Drittijiet: aħna lkoll irridu naħdmu biex nagħmlu l-ħajja iktar ġusta u inklużiva għall-persuni b’diżabilità kollha.
Kun af aktar dwar l-Istrateġija hawn:
https://ec.europa.eu/together-for-rights
#EUDisabilityRights #UnionOfEquality

Facebook

#UnjoniTa’Ugwaljanza qiegħda fil-qalba tal-UE.
Is-sena l-oħra, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat Strateġija ta’ għaxar snin għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità. Din ser trażżan barrieri fl-oqsma kollha tal-ħajja Waħda mill-inizjattivi ewlenin tal-istrateġija l-ġdida hi l-ħolqien ta’ ċentru Ewropew ta’ riżorsi għall-aċċessibiltà msejjaħ AccessibleEU.
Flimkien għad-Drittijiet: ejja nagħmlu l-ħajja iktar ġusta u inklużiva għaċ-ċittadini Ewropej kollha.
Żur il-website tagħna ħalli ssir taf iktar:
https://ec.europa.eu/together-for-rights
#EUDisabilityRights #UnionOfEquality

Twitter

#UnjoniTa’Ugwaljanza hi fil-qalba tal-UE.
Flimkien għad-drittijiet: ejja nagħmlu ħajja ġusta u inklużiva għall-Ewropej kollha.
Il-website tgħidlek dwar l-Istrateġija għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità. https://ec.europa.eu/together-for-rights
#EUDisabilityRights #UnionOfEquality

Flimkien għal edukazzjoni u opportunitajiet ta’ xogħol inklużivi

LinkedIn

Flimkien għal edukazzjoni u opportunitajiet ta’ xogħol inklużivi.
L-Ewropej kollha, inklużi persuni b’diżabilità, għandhom ikollhom aċċess għal edukazzjoni inklużiva u ta’ kwalità. Ħadd m’għandu jkun ittrattat b’mod inġust fuq il-post tax-xogħol. Però, wisq persuni b’diżabilità huma bla xogħol. Aħna ser nippreżentaw pakkett dwar l-impjiegi biex ngħinu persuni b’diżabilità jirnexxu fis-suq tax-xogħol.
Araw kif l-UE tassikura drittijiet indaqs fl-edukazzjoni u xogħol: https://ec.europa.eu/together-for-rights
#EUDisabilityRights #UnionOfEquality

Facebook

Flimkien għal edukazzjoni u opportunitajiet ta’ xogħol inklużivi.
L-Ewropej kollha, inklużi persuni b’diżabilità, għandhom ikollhom aċċess għal skejjel ta’ kwalità, jiksbu għarfien ġdid u jtejbu l-ħiliet tagħhom matul il-ħajja. Ħadd m’għandu jkun ittrattat b’mod inġust fuq il-post tax-xogħol. Però, wisq persuni b’diżabilità m’għandhomx impjieg.
Araw kif l-UE tiġġieled għal drittijiet indaqs fl-edukazzjoni u xogħol: https://ec.europa.eu/together-for-rights
#EUDisabilityRights #UnionOfEquality

Twitter

Flimkien għal edukazzjoni u opportunitajiet ta’ xogħol inklużivi 🙌
Persuni b’diżabilità għandhom inqas ċans li jiksbu grad milli persuni mingħajr diżabilità.
L-UE qed tbiddel dan billi tassikura drittijiet indaqs. https://ec.europa.eu/together-for-rights
#EUDisabilityRights #UnionOfEquality

Flimkien għal għajxien indipendenti

LinkedIn

Flimkien għal għajxien indipendenti.
Ikunu liema jkunu d-diżabilitajiet, aħna lkoll għandna d-dritt li nagħżlu d-dar tagħna u n-nies li ngħixu magħhom. Imma xorta, dan mhux il-każ għal kulħadd. Ċerti persuni b’diżabilità jgħixu ġo istituzzjonijiet ‘'il bogħod mill-komunità tagħhom u ma jistgħux jagħmlu l-għażliet tagħhom stess. Dan l-aħħar, il-pandemija COVID-19 ukoll ħolqot iktar diffikultajiet għal persuni li jgħixu ġo dawn l-istituzzjonijiet speċjalizzati. L-UE ser taħdem ma’ stati membri tal-UE biex tassikura li persuni b’diżabilità jkollhom l-appoġġ tajjeb biex jgħixu b’mod indipendenti, jieħdu sehem fil-komunità tagħhom, u jagħmlu huma stess l-għażliet tal-ħajja.
Skopri kif aħna qed nappoġġjaw l-għajxien indipendenti. https://ec.europa.eu/together-for-rights
#EUDisabilityRights #UnionOfEquality

Facebook

Flimkien għal għajxien indipendenti.
Ikunu liema jkunu d-diżabilitajiet, aħna lkoll għandna d-dritt li nagħżlu kif, fejn u ma’ min ngħixu. Ċerti persuni b’diżabilità jgħixu ġo ċentri tal-kura li huma ‘'l bogħod minn qrabathom. Dawn l-individwi mhux dejjem ikunu ħielsa biex jagħmlu d-deċiżjonijiet tagħhom stess. Dan l-aħħar, il-pandemija wkoll ħolqot iktar diffikultajiet għal persuni li jgħixu ġo dawn iċ-ċentri. L-UE ser taħdem ma’ stati membri tal-UE biex tassikura li persuni b’diżabilità jkollhom l-appoġġ tajjeb biex jgħixu b’mod indipendenti, jieħdu sehem fil-komunità tagħhom, u jagħmlu huma stess l-għażliet tal-ħajja.
Mur fuq il-website tagħna biex tara kif aħna qed nappoġġjaw l-għajxien indipendenti. https://ec.europa.eu/together-for-rights
#EUDisabilityRights #UnionOfEquality

Twitter

Flimkien għal għajxien indipendenti 🏠
Ikunu liema jkunu d-diżabilitajiet ta’ dak li jkun, aħna lkoll għandna d-dritt li nagħżlu kif, fejn u ma’ min ngħixu.
Skopri kif ser nagħmluha possibbli li dan jiġri. https://ec.europa.eu/together-for-rights
#EUDisabilityRights #UnionOfEquality

Flimkien għal parteċipazzjoni

LinkedIn

Flimkien għal parteċipazzjoni.
Iċ-ċittadini għandhom ikollhom l-opportunità li jivvutaw jew jieħdu sehem f’elezzjonijiet. Għad hemm xogħol xi jsir biex nagħmlu l-parteċipazzjoni politika realtà għal kulħadd, speċjalment għal persuni b’diżabilità. Hu importanti ħafna li kulħadd fl-UE għandu jkun jista’ jieħu sehem f’ħajja demokratika.
Skopri kif l-UE qed tgħin biex tinkludi l-vuċijiet kollha fil-politika. https://ec.europa.eu/together-for-rights
#EUDisabilityRights #UnionOfEquality

Facebook

Flimkien għal parteċipazzjoni.
L-istati membri tal-UE kollha jipproteġu d-drittijiet demokratiċi, u parteċipazzjoni f’elezzjonijiet tal-Parliament Ewropew hi dritt għaċ-ċittadini kollha tal-UE. Parteċipazzjoni politika tibqa’ sfida għal persuni b’diżabilità. Hu importanti ħafna li kulħadd ikun jista’ jipparteċipa b’mod sħiħ u ħieles fil-ħajja demokratika.
Skopri kif aħna qed ngħinu biex ninkludu l-vuċijiet kollha fil-politika tal-UE. https://ec.europa.eu/together-for-rights
#EUDisabilityRights #UnionOfEquality

Twitter

Flimkien għal parteċipazzjoni 🗳️
Hu importanti ħafna li kulħadd, inklużi persuni b’diżabilità, ikunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-ħajja demokratika.
Sib kif qed tgħin l-UE. https://ec.europa.eu/together-for-rights
#EUDisabilityRights #UnionOfEquality

Flimkien għal aċċessibiltà

LinkedIn

Flimkien għal aċċessibiltà ♿️
L-aċċessibiltà ma tistax tittieħed bħala ovvja. Jekk, pereżempju, website tal-kummerċ elettroniku ma tkunx aċċessibbli, persuni b’diżabilità ma jkunux jistgħu jixtru online. Grazzi għall-Att Ewropew dwar l-Aċċessibiltà, ċerti prodotti u servizzi ewlenin ser isiru iktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità.
Aqra iktar dwar kif l-UE qed tneħħi l-barrieri. https://ec.europa.eu/together-for-rights
#EUDisabilityRights #UnionOfEquality

Facebook

Flimkien għal aċċessibiltà ♿️
L-aċċessibiltà ma tistax tittieħed bħala ovvja. Jekk, pereżempju, website tal-kummerċ elettroniku ma tkunx maħsuba biex persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jixtru online, dawn ma jkunu jistgħu jixtru xejn. Grazzi għall-Att Ewropew dwar l-Aċċessibiltà, ċerti prodotti u servizzi ewlenin ser isiru iktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità.
Aqra iktar dwar kif l-UE qed tneħħi l-barrieri. https://ec.europa.eu/together-for-rights
#EUDisabilityRights #UnionOfEquality

Twitter

Flimkien għal aċċessibiltà ♿️
Grazzi għall-Att Ewropew dwar l-Aċċessibiltà, iktar prodotti u servizzi ser isiru iktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità.
Tgħallem iktar dwar kif qed inneħħu l-barrieri. https://ec.europa.eu/together-for-rights
#EUDisabilityRights #UnionOfEquality

Flimkien għal kultura, divertiment u sports inklużivi

LinkedIn

Flimkien għal kultura, divertiment u sports inklużivi.
Sport, kultura, turiżmu, dawn jiftħulna l-orizzonti, dawn huma essenzjali għal bilanċ b’saħħtu bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u jgħinuna nilħqu l-potenzjal veru tagħna. Imma ħafna persuni b’diżabilità huma msakkra barra minn din il-ħajja, ta’ spiss għax servizzi mhumiex addattati jew faċilitajiet mhumiex aċċessibbli.
L-UE ser tkompli tgħin biex tagħmel dawn l-attivitajiet iktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità fis-snin li ġejjin.
Sib kif qed nagħmlu dan, flimkien. https://ec.europa.eu/together-for-rights
#EUDisabilityRights #UnionOfEquality

Facebook

Flimkien għal kultura, divertiment u sports inklużivi.
Sport, kultura, turiżmu huma importanti ħafna għal bilanċ b’saħħtu bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. Dan jista’ jagħti spinta lil benesseri tagħna u jgħinna nilħqu l-potenzjal veru tagħna. Imma r-realtà hi li ħafna persuni b’diżabilità jitħallew barra minn dawn l-attivitajiet, ta’ spiss minħabba aċċessibiltà fqira.
L-UE ser tkompli tgħin biex tagħmel dawn l-attivitajiet iktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità fis-snin li ġejjin.
Skopri kif ser nagħmluha possibbli li dan jiġri. https://ec.europa.eu/together-for-rights
#EUDisabilityRights #UnionOfEquality

Twitter

Flimkien għal kultura, divertiment u sports inklużivi 💪
L-UE ser tkompli tgħin biex tagħmel dawn l-attivitajiet iktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità fis-snin li ġejjin.
Ara kif. https://ec.europa.eu/together-for-rights
#EUDisabilityRights #UnionOfEquality

 

Jekk jogħġbok innota, ir-riżorsi fuq din il-website ma jistgħux jintużaw għal skopijiet kummerċjali u jistgħu jintużaw biss minn nies u organizzazzjonijiet li jippromwovu l-kampanja Flimkien għad-Drittijiet.