Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) jgħin lill-ħaddiema li qed jiffaċċjaw telf ta’ impjiegi fit-tranżizzjoni lejn karrieri ġodda. Il-kumpaniji li għaddejjin minn ristrutturar issa jistgħu jitolbu appoġġ mill-FEG għall-impjegati f’riskju li jingħataw is-sensja, u dan jippermetti intervent bikri qabel l-għoti tas-sensji u jwassal għal impjiegi ta’ kwalità aħjar.
L-appoġġ jinkludi:
- taħriġ għall-ksib ta’ ħiliet
- gwida għall-karrieri
- assistenza fit-tranżizzjoni lejn rwoli u karrieri ġodda
Il-kumpanija hija responsabbli għat-tfassil u għall-implimentazzjoni tal-appoġġ.
Min huma l-ħaddiema f’riskju li jingħataw is-sensja?
Il-ħaddiema f’riskju li jingħataw is-sensja huma dawk affettwati mit-tnaqqis ippjanat fl-impjiegi, kif innotifikat mill-impjegatur tagħhom f’konformità mar-regoli tal-UE dwar is-sensji kollettivi. Jistgħu jiġu inklużi wkoll ħaddiema mill-fornituri jew produtturi downstream.
Kif jaħdem dan il-proċess
Il-kumpaniji li qed jippjanaw li jagħtu s-sensja lil 200 ħaddiem jew Iktar jistgħu jitolbu kofinanzjament mill-FEG permezz tal-Awtorità ta’ Ġestjoni tal-FEG fil-pajjiż tal-UE fejn se jingħataw is-sensji
L-applikazzjonijiet iridu jiġu ppreżentati fi żmien 14-il ġimgħa min-notifika lir-rappreżentanti tal-ħaddiema dwar l-għoti tas-sensji
Il-FEG ikopri 60–85% tal-kostijiet, u l-kumpaniji jiffinanzjaw il-bqija