Dawn huwa l-portal ta' l-internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs tal-Kummissjoni Ewropea.
Tinsab imħasseb dwar il-impjiegi, il-pensjonijiet, id-diskriminazzjoni jew il-faqar?
Tixtieq issir taf x'qed tagħmel l-Unjoni Ewropea biex tħeġġeġ, is-sikurezza u s-saħħa fuq il-postijiet tax-xogħol, il-mobilità u l-opportunirajiet indaqs għal kulħadd?
Jew trid tara kif il-finanzjament ta' l-UE qed jgħin biex in-nies itejbu ħiliethom u l-prospetti tax-xogħol tagħhom?
Dan il-portal jipprovdilek it-tagħrif dwar:
- L-opportunitajiet ta' xogħol, id-drittijiet għas-sigurtà soċjali, il-kundizzjonijiet ta' l-għajxien u x-xogħol għal persuni li jagħżlu li jmorru jgħixu f'pajjiżi ieħor ta' l-UE.
- Id-drittijiet u l-obbligi skond il-leġiżlazzjoni ta' l-UE fil-qasam ta' l-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-opportunitajiet indaqs.
- L-opportunitajiet ta' finanzjament u eżempji ta' proġetti ffinanzjati mill-UE.
- Il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi ta' l-UE biex jittrattaw il-qgħad, il-faqar u l-isfidi relatati mal-popolazzjoni anzjana ta' l-Ewropa.
- Fatti u ċifri dwar is-suq tax-xogħol, kif ukoll id-demografija u x-xejriet soċjali fl-UE.
- Ir-rwol importanti f'idejn it-trejdjunjins, min jipprovdi x-xogħol u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi.