Mur għall-kontenut ewlieni
Employment, Social Affairs and Inclusion

Kif tapplika għall-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa

Kif tiksibha?

Tista’ tapplika għall-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC) billi tikkuntattja lill-istituzzjoni tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek.

Min jista’ jibbenefika minnha?

Biex tkun eliġibbli għaliha, trid tkun kopert mis-sistema pubblika tal-assigurazzjoni tas-saħħa fi kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, fl-Iżlanda, fil-Liechtenstein, fin-Norveġja, fl-Iżvizzera u fir-Renju Unit. Kull membru tal-familja għandu jkollu l-kard tiegħu.

Min ikun twieled f’pajjiż mhux tal-UE ma jistax juża l-EHIC tiegħu għal trattament mediku fid-Danimarka, fl-Iżlanda, fil-Liechtenstein, fin-Norveġja, fl-Iżvizzera u fir-Renju Unit.

Għal kemm hija valida l-kard?

Il-perjodu tal-validità tal-EHIC ivarja minn pajjiż għall-ieħor. Nagħtuk parir tistaqsi lill-awtorità tas-saħħa lokali tiegħek meta tapplika għall-kard.

X’azzjoni tista’ tieħu jekk l-awtorità lokali tiegħek tirrifjuta li tagħtik l-EHIC?

Għandu jkollok il-possibbiltà li tressaq appell quddiem l-istituzzjoni tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek.

F’każ ta’ inċertezza dwar x’inhuma drittijietek jew jekk ikollok bżonn informazzjoni dwar kif tiżgura li d-dritt tiegħek għall-EHIC jiġi rrispettat mill-awtoritajiet nazzjonali tiegħek, tista’ tikkuntattja lill-Your Europe – Pariri.

X’azzjonijiet tista’ tieħu jekk l-EHIC tiegħek ma tiġix rikonoxxuta barra minn pajjiżek?

Jekk l-EHIC tiegħek ma tiġix rikonoxxuta barra minn pajjiżek tista’ titlob lill-istituzzjoni nazzjonali tas-saħħa tiegħek biex tikkuntattja lit-tabib jew lill-isptar barra minn pajjiżek.

Jekk dan ma jsolvilekx il-problema, tista’ titlob lis-SOLVIT biex tgħinek.

Informazzjoni u kuntatti fuq bażi nazzjonali

Ikklikkja fuq waħda mill-bnadar biex issir taf kif tapplika għall-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa f’pajjiż partikolari: