L-UE tipprovdi regoli komuni biex tipproteġi d-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek meta tivvjaġġa fl-Ewropa (EU 27 + l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera). Hemm regoli speċifiċi ta’ koordinazzjoni fis-seħħ fir-rigward tar-Renju Unit. Ir-regoli dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali ma jiħdux post is-sistemi nazzjonali b'regola Ewropea waħda. Il-pajjiżi kollha huma liberi li jagħżlu min għandu jkun assigurat taħt liema leġiżlazzjoni, liema benefiċċji jingħataw u taħt liema kundizzjonijiet.
Għal min japplikaw dawn ir-regoli?
- Għaċ-ċittadini tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera li huma jew li kienu assigurati f'wieħed minn dawn il-pajjiżi, u l-membri tal-familja tagħhom.
- Għall-persuni bla Stat jew ir-refuġjati li jgħixu fl-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera, li huma jew li kienu assigurati f'wieħed minn dawn il-pajjiżi, u l-membri tal-familja tagħhom.
- Għaċ-ċittadini ta' pajjiżi mhux membri tal-UE, li jgħixu legalment fit-territorju tal-UE, li ċċaqalqu bejn dawn il-pajjiżi, u l-membri tal-familja tagħhom.
L-erba' prinċipji ewlenin
- Inti kopert mil-leġiżlazzjoni ta' pajjiż wieħed biss kull darba biex b'hekk tħallas il-kontribuzzjonijiet f'pajjiż wieħed Id-Deċiżjoni dwar il-leġiżlazzjoni ta’ liema pajjiż tapplika għalik issir mill-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Ma tistax tagħżel int.
Sib liema regoli japplikaw għalik - Għandek l-istess drittijiet u obbligi bħaċ-ċittadini tal-pajjiż fejn tkun kopert. Dan hu magħruf bħala l-prinċipju tat-trattament ugwali jew tan-nondiskriminazzjoni.
- Jekk ikun hemm bżonn meta titlob benefiċċju, il-perjodi preċedenti ta' assigurazzjoni, impjieg jew residenza f'pajjiżi oħra jiġu kkunsidrati.
- Jekk int intitolat għal benefiċċju f'kontanti minn pajjiż wieħed, ġeneralment tirċevih anke meta tkun qed tgħix f'pajjiż differenti. Dan huwa magħruf bħala l-prinċipju tal-esportabbiltà.
Aktar informazzjoni
Mill-1 ta' Mejju 2010 jibdew japplikaw Regolamenti ġodda dwar il-koordinazzjoni mmodernizzata (Regolamenti 883/2004 u 987/2009). Iċċekkja l-mistoqsijiet frekwenti għal aktar tagħrif. Sib iktar informazzjoni dwar ir-regoli tas-sigurtà soċjali fil-pajjiż li jinteressak.
Fit-13 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni pproponiet reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali. Bħalissa l-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-UE qegħdin jiddiskutu din il-proposta.
Għandek bżonn aktar għajnuna?
Ma sibtx l-informazzjoni li ridt?
Agħmel il-mistoqsija tiegħek permezz ta’ Europe Direct 00800 6 7 8 9 10 11
Solvi l-problemi ma’ amministrazzjoni nazzjonali (SOLVIT)
Ikseb parir legali mis-Servizz ta’ Pariri tal-Your Europe