Dawn ir-regoli japplikaw jekk tispiċċa bla xogħol f'pajjiż tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera.
Fejn titlob il-benefiċċji
Trid tirreġistra mas-servizzi tal-impjieg u titlob benefiċċji għall-qgħad fil-pajjiż fejn ħdimt l-aħħar, sakemm ma tgħix f'pajjiż ieħor.
Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni
Jekk tgħix f'pajjiż ieħor
- Jekk tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera u kont tirritorna hemmhekk kuljum, jew tal-anqas darba fil-ġimgħa, għandek tirreġistra mas-servizzi tal-impjiegi u titlob il-benefiċċji fil-pajjiż li tgħix fih. Din hi s-sitwazzjoni ta' xi ħaddiema li jaħdmu bejn il-fruntieri, imsejħin "ħaddiema fruntalieri" fir-regolamenti tal-UE. Tista' tirreġistra wkoll, bħala pass supplimentari, mas-servizzi tal-impjiegi tal-pajjiż fejn ħdimt u tfittex xogħol hemm, iżda l-benefiċċji xorta jitħallsu mill-pajjiż ta' residenza tiegħek.
- Jekk tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera iżda tirritorna hemmhekk anqas minn darba fil-ġimgħa, tista' tagħżel li tirritorna lejn il-pajjiż ta’ residenza tiegħek jew li toqgħod fil-pajjiż tal-aħħar impjieg u tirreġistra mas-servizzi tal-impjiegi u titlob il-benefiċċji fil-pajjiż fejn iddeċidejt li tfittex impieg. Tista’ tirreġistra wkoll, bħala pass supplimentari, mas-servizzi tal-impiegi tal-pajjiż li mhux jipprovdilek il-benefiċċji. Din hi tipikament is-sitwazzjoni tal-ħaddiema staġunali.
Kun af dwar drittijiet skont il-pajjiż
Jekk int parzjalment bla xogħol
Jekk int biss parzjalment bla xogħol, il-pajjiż responsabbli għall-benefiċċji tal-qgħad tiegħek hu dejjem dak fejn għadek taħdem parzjalment.
Kif tgħodd il-perjodi ta' xogħol barra minn pajjiżek
Meta tagħmel it-talba tiegħek, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-perjodi ta' assigurazzjoni li ħallast f'pajjiżi oħra tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera, jekk dan ikun neċessarju għall-intitolament tal-benefiċċji tiegħek. Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni
Il-benefiċċji tiegħek meta tfittex xogħol barra minn Malta
Jekk tixtieq issib xogħol f'pajjiż differenti tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera, tista' tkompli tirċievi l-benefiċċji tal-qgħad tiegħek, taħt ċerti kundizzjonijiet, għal 3 xhur (dan il-perjodu jista' jiġi estiż sa 6 xhur). Issib aktar dettalji fil-mistoqsijiet frekwenti.
Aktar tagħrif
Ara l-mistoqsijiet frekwenti għal aktar tagħrif.
Għandek bżonn iktar għajnuna?
Ma sibtx l-informazzjoni li ridt? Għandek problema?
Skopri dwar is-sigurtà soċjali u d-drittijiet tal-kura tas-saħħa tiegħek f’pajjiż ieħor tal-UE (L-Ewropa Tiegħek)
Agħmel mistoqsija lill-Ewropa Tiegħek 00800 6 7 8 9 10 11
Solvi l-problemi ma' amministrazzjoni nazzjonali (SOLVIT)
Ikseb parir legali mis-Servizz ta’ Pariri tal-Ewropa Tiegħek