Mur għall-kontenut ewlieni
Employment, Social Affairs and Inclusion
European Health Insurance Card
Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa

X’inhi l-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC)?

Hija kard li tista’ tiksibha mingħajr ħlas u li tagħtik aċċess għal servizzi tas-saħħa li jkunu medikament meħtieġa, ipprovduti mill-Istat, meta tkun temporanjament f’wieħed mis-27 pajjiż tal-UE, fl-Iżlanda, fil-Liechtenstein, fin-Norveġja, fl-Iżvizzera, jew fir-Renju Unit, bl-istess kundizzjonijiet u bl-istess prezz (f’xi pajjiżi dawn is-servizzi jingħataw bla ħlas) bħall-persuni assigurati f’dak il-pajjiż. 

L-EHIC joħroġha l-fornitur nazzjonali tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek.

Aktar tagħrif dwar l-użu tal-EHIC

Importanti – l-EHIC:

  • mhijiex alternattiva għall-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar. Ma tkoprix il-kura tas-saħħa privata jew l-ispejjeż bħat-titjira lura lejn pajjiżek jew proprjetà mitlufa/misruqa,
  • ma tkoprix l-ispejjeż li tagħmel jekk tkun qed tivvjaġġa apposta biex tikseb trattament mediku,
  • ma tiggarantixxix servizzi b’xejn. Peress li s-sistema tal-kura tas-saħħa ta’ kull pajjiż hija differenti, servizzi li huma bla ħlas f’pajjiżek jistgħu ma jkunux b’xejn f’pajjiż ieħor.

Tajjeb li tkun taf: meta tittrasferixxi r-residenza abitwali tiegħek f’pajjiż ieħor, għandek tirreġistra bil-formola S1 minflok tuża l-EHIC biex tikseb kura medika fil-pajjiż il-ġdid tar-residenza abitwali tiegħek.

Aktar dwar dan is-suġġett