Ħaddiema
Min hu impjegat f'pajjiż ieħor tal-UE huwa intitolat li jgħix hemmhekk. Dawk li qed ifittxu x-xogħol ukoll huma intitolati li jibqgħu f'pajjiż ieħor sakemm ifittxu impjieg. (Ara d-dritt li tfittex xogħol)
Il-pajjiż li jilqa' jista', bħala "Ħaddiema immigranti tal-UE" jitlobhom jirreġistraw mal-awtoritajiet bħala residenti. (Ara d-Direttiva 2004/38/KE)
Formalitajiet legali u amminstrattivi oħra jiddependu fuq it-tul ta' żmien li jibqgħu hemm - sa 3 xhur, iktar minn 3 xhur, jew b'mod permanenti.
Membri tal-familja
Il-membri tal-familja tal-ħaddiem li ġejjin għandhom id-dritt li jgħixu fl-istess pajjiż , irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom:
- konjugu
- sieħeb reġistrat (sakemm il-pajjiż li jilqa' jittratta s-sieħba rreġistrati b'mod ekwivalenti għal żwieġ)
- dixxendenti li għandhom inqas minn 21 sena jew li huma dipendenti, inklużi dawk tal-konjuġi jew tas-sieħeb/sieħba
- qraba dipendenti fil-linja axxendenti (eż. ġenituri, nanniet), inklużi dawk tal-konjuġi jew tas-sieħeb/sieħba
Il-pajjiżi tal-UE għandhom ukoll jiffaċilitaw id-dħul u r-residenza ta':
- membri tal-familja oħra li huma dipendenti jew membri tal-familja tal-ħaddiem
- membri tal-familja oħra li għandhom bżonn kura personali minħabba raġunijiet serji ta' saħħa
- sieħeb li juri li għandhom relazzjoni twila mal-ħaddiem.
F'każ ta' divorzju, annullament taż-żwieġ, tmiem ta' sħubija reġistrata, mewt jew tluq tal-ħaddiem, il-membri tal-familja jistgħu jżommu d-dritt għar-residenza skont ċerti kundizzjonijiet speċifiċi.